Id-Dipartiment tal-Malti jixtieq jawgura lilkom għeżież studenti tagħna u lill-familji tagħkom kollha Milied ħieni u sena ġdida mimlija paċi u sliem. Gawdu dawn il-ġranet, strieħu u tinsewx li l-qari jagħmel kumpanija tajba f'kull ħin u f'kull żmien. Awguri mingħandna lkoll!
0 Comments
L-istudenti tal-klassi 7.O kellhom esperjenza mhux tas-soltu meta żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu. Matul ftit sigħat huma żaru l-palazz, kellhom taħdita interessanti dwar l-ilbies tradizzjonali Malti u kif kien jinħiet, raw u ppruvaw huma stess ilbies tradizzjonali Malti, kif ukoll tgħallmu kif dan l-ilbies qed jiġi kkonservat fl-istess Palazz. Iż-żjara għalqet billi l-istudenti għamlu reċta li ħadithom lura numru mhux ħażin ta' snin fi Żmien l-Inkwiżizzjoni. Nixtiequ nfakkrukom li d-Dipartiment tal-Malti fl-iskola tagħna għandu sit ieħor bl-isem ta' 'Leħħ il-Malti' li fih tistgħu ssibu affarijiet interessanti dwar il-lingwa Maltija fosthom punti dwar grammatika u ortografija. Dan issibuh fil-ħolqa t'hawn taħt:
https://lehhilmalti.wixsite.com/lehhilmalti Prosit tassew lill-istudenti tat-tmien sena li qed isegwu l-programm tal-kompetenzi ewlenin. Flimkien mal-għalliema tagħhom u l-LSEs huma jużaw mezzi differenti biex jiktbu bil-Malti. Għeżież studenti
Issa li għaddew il-vaganzi tas-sajf bħal leħħa ta' berqa, erġajna lura lejn ir-rutina tal-ħarifa li tinkludi wkoll l-iskola! Min jaf kemm ħadtu gost li erġajtu ltqajtu ma' sħabkom u kemm ħa tagħmlu oħrajn ġodda matul din is-sena. Id-Dipartiment tal-Malti jixtieq jilqa' b'mod speċjali lill-istudenti ġodda tas-seba' sena li ngħaqdu magħna din is-sena, fosthom wkoll dawk tal-Kulleġġ St Thomas Moore. Nipseraw li din tkun esperjenza sabiħa. Filwaqt li nixtiqulkom sena skolastika mill-isbaħ, inħeġġukom biex tagħmlu użu minn dan is-sit u li tibagħtulna l-kitbiet tagħkom biex inxerrduhom. Tislijiet! Id-Dipartiment tal-Malti fi ħdan l-iskola tagħna jixtieq jawgura mill-qalb lill-istudenti kollha li minn għada se jibdew l-eżamijiet tal-lingwa Maltija! Nafu li intom ippreparati sewwa! Għalhekk, moħħkom hemm, ħalli nkomplu nitgħallmu u nikbru flimkien fit-tagħlim tal-lingwa Maltija!
L-eżamijiet ta' Nofs is-Sena 2017/2018 se jsiru fid-dati li jidhru hawn taħt:
Is-Seba' Sena (Form 1) : l-Erbgħa 21 ta' Frar It-Tmien Sena (Form 2) : il-Ġimgħa 16 ta' Frar Il-Ħdax-il Sena (Form 5): Karta 1 u Karta 2A jew 2B: it-Tlieta 20 ta' Frar (l-orali se jsir nhar it-Tnejn 26 ta' Frar) L-eżamijiet kollha minbarra dawk tal-Form 5 u tal-Kompetenzi Ewlenin (CCP) idumu sagħtejn u kwart. Insellmulkom għeżież studenti!
Nisperaw li qed tqattgħu vaganzi ta' mistrieħ, kif inhu xieraq! Nisperaw ukoll li matul dawn il-jiem ta' mistrieħ, ma qtajtux mill-qari u anke mill-kitba! Jekk hawn minnkom li ktibtu xi ħaġa jew qrajtu xi ktieb interessanti u tixtiequ li taqsmuh magħna, inħeġġukom li tagħmlu dan billi tibagħtu xogħolkom permezz tal-ħolqa 'Ikkuntattjana' li ssibu n-naħa ta' fuq ta' dan is-sit. Aħna nieħdu gost li nippubblikaw dawn il-kitbiet. Wara kollox, dan hu l-għan ewlieni ta' dan is-sit - li jagħti l-opportunità lilkom l-istudenti li tesprimu l-ħsibijiet u l-esperjenzi tagħkom, permezz tal-kitba. Gawdu l-aħħar ftit jiem tal-vaganzi u narawkom dalwaqt! IL-ĠID MILL-QARI u Linji gwida għall-ġenituri |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|