Jiena jisimni Veronika Sytnyk. Ngħix iż-Żurrieq. Għandi ħdax-il sena u mmur fil-Kulleġġ San Injazju, Sekondarja bniet f’tal-Ħandaq. Qegħda fil-Form 1 u bħalissa qed nagħmel l-aħjar li nista’ fis-suġġetti tal-iskola biex fl-aħħar tas-sena mmur tajjeb fl-eżamijiet.
Għandi familja kbira mhux ħażin. Inħobbhom kollha li huma. Iżda xi drabi niġġieldu għalxejn! Imma mhix problema kbira għax nagħmlu xi ħames minuti niġġieldu u ngħajtu imma dejjem nerġgħu nagħmlu ħbieb. Ngħix f’dar kbira, sabiħa u moderna b’erba’ sulari. L-unika żvantaġġ tad-dar tiegħi huwa li hemm ħafna u ħafna taraġ!
Għandi ħafna passatempi fosthom żfin, kant, għawm, futbol, kif ukoll inħobb nilgħab fuq il-kompjuter logħob differenti. Hemm ħafna aktar passatempi imma l-iktar favorit tiegħi huwa ż-żfin. Iż-żfin huwa l-iktar passatemp li nipprattika. Nipprattika ż-żfin fl-iskola u wara l-iskola. Nipprattikah l-iskola billi mmur fl-attività tal-brejk ta’ nofsinhar. Nipprattikah wara l-iskola billi mmur għal-lezzjonijiet privati.
Fil-futur nixtieq insir avukata tajba!
Veronika Sytnyk
Jisimni Elisabeth Schembri, għandi ħdax-il sena u noqgħod iż-Żurrieq. Aħna qegħdin ħames membri fil-familja: il-mamà, il-papà, u ħuti. Jiena għandi ħafna ħbieb. Jiena mmur l-iskola sekondarja tal-Ħandaq f’Ħal Qormi.
Waħda mill-ħbieb tal-qalb tiegħi hija Kelsey. Ilni nafha mis-sitt sena għax qabel qatt ma kont fil-klassi tagħha. Kelsey hija l-aqwa ħabiba li għandi għax tifhimni f’kull ma ngħidilha. Meta jkolli xi problema dejjem tgħini fejn tista’, u għalhekk meta hi kellha xi problema jiena dejjem ngħinha wkoll. Jiena niftakar il-ġrajja meta kienu mituli n-nanniet tiegħi. Dakinhar ma kontx mort l-iskola. Dakinhar li ma mortx Kelsey kienet ċemplitli biex tara jekk kienx ġrali xi ħaġa u biex ittini x-xogħol għad-dar li kienu tawna l-għalliem tagħna. Meta l-għada mort l-iskola hija qagħdet bilqiegħda ħdejja fil-brejk biex tara jekk kellix bżonn xi ħaġa wara t-telfa tan-nanniet tiegħi. Din il-ġrajja żgur li qatt ma ninsieha għax f’dawk il-ġranet rajt kemm huma importanti l-ħbieb fil-ħajja tagħna.
Elisabeth Schembri
Jien jismni Leandra Saliba. Għandi għaxar snin.Għandi għajnejja blu u xagħari kannella u jasal sa nofs dahri. Noqgħod Ħal Qormi. Fid-dar tagħna noqogħdu erbgħa min-nies: jien, ommi, missieri u oħti.
Għandi ħafna ħbieb fosthom waħda minnhom li kienet dejjem miegħi. Din il-ħabiba jisimha Nicole. Minn meta konna żgħar dejjem konna l-iskola flimkien. Fis-sajf li għadda ħadt l-ikbar xokk ta' ħajti meta smajt it-telefon idoqq u kienet Nicole. X'ħin smajt leħinha ndunajt li kien hemm xi ħaġa mhux tas-soltu. Hi kienet dejjem ferħana imma leħinha kien jidher imdejjaq. Lili tatni qatgħa kbira għax qalti li mhux ġejja l-iskola miegħi. Insomma drajt xi ftit mingħajr il-kumpanija tagħha allavolja niltaqa' xi ftit magħha.
Is-sajf li għadda ukoll kelli esperjenza ħażina. Kienet l-għada tal-festa u jien u l-ġenituri morna sal-baħar. Kelli seba' mitt sena biex ninżel il-baħar. Imma ma tantx bqajt nieħu gost għax waqajt għal rasi u għamilt tliet punti. Peress li bdejt nistordi żammewni lejl l-isptar .Imma nsomma għadda ukoll u wara ftit ġimgħat erġajt bdejt ngħix ħajja normali u mmur il-baħar mal-kuġini. Peress li oħti akbar minni nieħu gost meta noħroġu mal-kuġini. Jien kull nhar ta' sibt immur għand in-nanna u noqgħod ngħinha, għalkemm xi kultant noqgħod ninkiha xi ftit ukoll!
Jien kuntenta kif jien hu nirringrazzja lill-Mulej tal-familja sabiħa li tani u li tieħu ħsiebi.
Leandra Saliba
Jisimni Jade Psaila u għandi ħdax-il sena. Noqgħod is-Siġġiewi allura l-patrun tiegħi huwa San Nikola. Jiena kuntenta ħafna li noqgħod hemm. Il-familja tiegħi tinkonsisti minn erba’ membri: ommi, missieri, ħija u jiena.
Għandi xagħri u għajnejja kannella. Ma tantx jien twila imma lanqas qasira. In-nies jgħidu li jien tifla kwieta u mistħija imma biex ngħidilkom il-verità jiena ftit mistħija imma mhux daqshekk kwieta. Quddiem in-nies kwieta imma meta nkun mal-familja naf naqla’ ġenn sħiħ. Inħobb ngħin ħafna, u meta nikber ix-xewqa tiegħi hija li xi darba mmur ngħin it-tfal li m’għandhomx il-kumditajiet li għandna aħna.
L-isport favorit tiegħi huwa l-ballet. Nixtieq li dan it-taħriġ tiegħi fil-ballet iwassalni biex insir ballerina. Apparti li nista’ mmur lezzjonijiet żejda jiena mmur tliet darbiet fil-ġimgħa u b’kollox nagħmel erba’ sigħat. Aħna għandna żewġ kmamar fejn nippratikaw.
Ta’ spiss inħobb ninżel ir-razzett fejn hemmekk għandi żewġ żwiemel żgħar. Jiena nħobbhom ħafna u nqishom bħala ħbieb kbar tiegħi. Aħna nħobbu nilagħbu flimkien. Xi wħud mil-logħob huma meta naqbżu l-ostakli li għamilli missieri u meta nirkeb fuqhom huma joqogħdu jiġru bija. L-ikel favorit tagħhom huma t-tuffieħ u l-ħarrub. Jien naħseb li huma jħobbuni wkoll għax x’ħin jarawni jiġu jiġru ħdejja.
Bħala passatempi nħobb nara t-televixin, immur dawra bir-rota, nisma’ d-diski, nirreċta u nilgħab specjalment ma’ ħija.
Jade Psaila
Jien jisimni Erica Bugeja. Għandi ħdax-il sena u noqgħod Ħaż-Żebbuġ, ħdejn il-knisja ta’ San Filep. Ħaż-Żebbuġ huwa daqsxejn qadim bħala raħal u jien kburija li noqgħod f’dan ir-raħal. Jien għandi tliet annimali li huma kelb li jismu Blacky, kelba li jisimha Beauty tar-razza taċ-ċiwawa u pappagal tat-tip African Grey li jismu Żakku. Il-passatempi tiegħi huma li ndoqq il-pjanu, nisma’ d-diski tal-grupp One Direction, nilgħab fuq il-kompjuter, niċċettja ma’ sħabi u nilgħab ma’ Blacky, ma’ Beauty u ma’ Żakku. Is-suġġetti favoriti tiegħi huma l-Ingliż, ftit il-Matematika u x-Xjenza, il-Home Economics, it-Taljan u ftit il-Malti. Ommi jisimha Mona u missieri jismu Josef.
Jien għandi ħafna ħbieb imma hawn se nikteb fuq Jael Micallef. Jael ma tħobbx il-grupp ta’ One Direction,imma hi tħobb ħafna l-futbol. Jael u jien noqogħdu nilagħabu l-futbol flimkien il-Museum. Meta ma jkollix x’nagħmel noqogħdu niċċettjaw fuq il-mowbajl jew fuq il-kompjuter. Jael hija ħabiba tal-ġenn! Jiena kont immur l-iskola ta’ Ħaż-Żebbuġ imma peres li kbirt kelli nibdel ir-raħal u l-iskola. Issa bdejt immur l-iskola sekondarja tal-Ħandaq f’Ħal Qormi li nbniet issa u wara sena baqgħet ġdida u sabiħa. Qegħda kuntenta għax ġejt ġo ambjent isbaħ minn dak tal-primarja.
Erica Bugeja
Jisimni Angie Saliba. Għandi ħdax-il sena u noqgħod iż-Żurrieq. Ngħix ma’ ommi, missieri u ħija.
Qabel twieled ħija, konna ngħixu l-Kanada, għax ommi hemm twieldet. Il-Kanada kienu jitkellmu bl-Ingliż u ma kinitx faċli biex titgħallem lingwa ġdida f’salt wieħed. Allura kien jgħallimni missieri għax kien Malti. Għadni sal-lum ġieli nitfixkel! Però l-iskola tgħallimt aktar Malti permezz tal-għalliema, u kont nisma’ t-tfal jitkellmu bil-Malti ukoll.
Kemm ilni nattendi l-iskola Primarja taż-Żurrieq, għamilt ħafna ħbieb ġodda, fosthom ma’ Justine. Hija ċajtiera ħafna u ġejja minn famlija kbira. Kont inħobb immur id-dar tagħha. L-ewwel darba li mort id-dar ta’ Justine, dawritni mad-dar. Impressjonatni ħafna bir-ritratti li għandha mwaħħlin mal-gwardarobba, tal-kantanta famuża Selena Gomez. Din il-kantanta kont smajt biha minn qabel u saru jogħġbuni d-diski tagħha. Justine ħajritni u malli mort lura d-dar imlejt il-kamra bir-ritratti ta’ Selena Gomez.
Angie Saliba
Jisimni Maria Martina Cutajar. Għandi ħdax-il sena. Noqgħod is-Siġġiewi. Jiena tifla Maltija u l-familja tiegħi Maltija wkoll, iżda għandi z-ziju Ingliż. Kien bħal ma jgħidu t-Taljani, amore a prima vista, għaz-zija u z-ziju. Huma iltaqgħu hawn Malta għax iz-ziju kien iħobb iżur pajjiżi mimlijin kampanja u wieħed minnhom hu propju pajjiżna.
Jogħġbuni ħafna affarijiet, iżda hemm oħrajn li ma jogħġbunix ukoll. Hekk per eżempju jogħġbuni ħafna l-fjuri, l-annimali u l-pjanti. Inħobb nilgħab ukoll u nilgħab b’diversi modi. Fost l-affarijiet li ma jogħġbunix u l-iktar li ma nistax għaliha hija l-moħqrija specjalment fuq l-annimali. Fejn jidħol l-ikel ma togħġobnix il-minestra u l-istuffat. Rigward kulur ma nħobbx il-kulur roża għalkemm huwa marbut magħna l-bniet.
Ġrajja interessanti minn ħajti hija meta sifirt. Lienet l-ewwel safra tiegħi u dakinhar morna Pariġi fi Franza. Żorna ħafna postijiet differenti u sbieħ. Niftakar domna ġimgħa Franza. Biċċa tad-daħk hija meta meta nżilna mill-ajruplan u morna biex nirkbu ġot-taksi. Hekk kif ħin kont riekba, żlaqt peress li kienet għadha kif għamlet ix-xita u mtlejt kollni tajn u dakinhar niftakar infqajt nidħak bija nnifsi.
Jiena għandi ħafna ħbieb, imma l-ikbar ħabiba jisimha Maria. Maria għanda l-kamra mimlija posters tal-Big Time Rush. Hija vera ħabiba għax meta jkolli bżonn dejjem tgħini. Ilna ħbieb minn mindu konna għadna fil-kindergarden. Inħobbu mmorru għand xulxin biex nilagħbu jew nistudjaw flimkien.
Jiena vera kuntenta bija nnifsi speċjalment bl-akbar ħabiba li għandi Maria. Nipprova dejjem li din il-ħbiberija tagħna ma tixxellef qatt.
Maria Martina Cutajar
Jisimni Amy Grech. Għandi ħdax-il sena u noqgħod Ħal Għaxaq. Id-dar fejn noqgħod jisimha Je t’aime. Jiena għandi ħija wieħed u l-ġenituri tiegħi jaħdmu ġo ħant tal-ħelu f’Ħaż Żabbar. Meta jkolli ċ-ċans immur il-ħanut u ngħinhom fix-xogħol li jkollhom. Fejn il-ħanut ġieli niltaqa’ mal-ħbieb tiegħi u meta nlesti minn xogħli mmur nilgħab magħhom. Meta jdoqqu s-sebgħa ta’ filagħxija nagħlqu u mmorru d-dar biex norqdu u nqumu għal ġurnata oħra.
Meta kelli tlett snin dħalt għall-ewwel darba l-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq u issa li għandi ħdax-il sena, dħalt għall-ewwel darba l-iskola sekondarja tal-Ħandaq, Ħal Qormi. L-ewwel ġurnata tal-iskola kont se ntir bil-ferħ u kont eċitata wkoll. Meta rajt lil sħabi, tgħidx kemm fraħt u anki huma. Issa ili xahrejn nattendi din u nista’ ngħaid li drajt mhux ħażin.
Amy Grech
Jisimni Ilona Caruana. Għandi ħdax-il sena u noqgħod Ħal Għaxaq, ħdejn l-iskola primarja. Ħal Għaxaq huwa raħal żgħir f’Malta u jien kburija b’dan ir-raħal.
Jiena qegħda fl-iskola sekondarja tal-Ħandaq, fil-Kulleġġ San Injazju. Qegħda fl-ewwel sena u m’għandix x’ingerger għax hemm għalliema mill-aqwa li dejjem issibhom hemm biex jisimgħuk. Għall-bidu ma stajtx nidra l-klassijiet u l-ismijiet tal-għalliema imma mat-tieni ġimgħa bdejt nidra daqsxejn.
Jiena għandi żewġ ħuti tewmin li jisimhom Matthew u Daniel, ommi jisimha Sharon u missieri li jismu Joe. Lil familja tiegħi isibuha bħala tal-‘Buġann’ li ġej min-naħa ta’ missieri.
Jiena għandi ħafna ħbieb speċjalment mill-primarja imma xorta waħda jibqgħu l-aqwa ħbieb tiegħi għax qisni għext u kbirt magħhom. Minn hemm u minn hawn anki mis-sekondarja għamilt iktar ħbieb.
Jiena kuntenta b’din ir-rutina tal-ħajja għax kuljum nitgħallem minn xi żball. M’għandix minn xiex ingerger min-nies li niltaqa’ magħhom matul il-ħajja. Għalija hija ħajja komda ħafna!
Ilona Caruana
Jiena jisimni Christabelle Muscat. Illum nixtieq ngħidilkom xi ħaġa dwari.
Kif ġa għidtilkom jien Christabelle, u noqgħod is-Siġġiewi ġo dar kbira u sabiħa. Jien għandi ħdax-il sena u nattendi l-iskola ġdida u sabiħa tal-Ħandaq ġewwa Ħal-Qormi. Qiegħda fl-ewwel sena ta’ din l-iskola Sekondarja.
Jiena twila għall-età tiegħi u rqiqa. Il-ġilda tiegħi hi bajdanija. Għandi xagħri twil u ta’ lewn qastni. Għajnejja huma ta’ lewn kannella ċar.
Jien ċajtiera u ta’ spiss ikolli tbissima ferriħija fuq wiċċi. Għandi ħafna paċenzja u rari jkolli n-nervi u l-geddum.
Fil-familja tiegħi qeghdin erba’’membri, missieri li jaqla’ ;-għejxien tal-familja, ommi taħdem fid-dar, hija l-kbir Matthew u jien. Mal-familja jgħix magħna wkoll il-kelb Lucky. Huwa ta’ lewn kannella.
Għandi ħafna ħbieb imma l-aktar tlett iħbieb favoriti tiegħi huma Rachel, Nicole u Marija.
Inħobb nilgħab bil-kompjuter, nilgħab il-futbol u kif ukoll nara t-televiżjoni. Il-programm favorit tiegħi huwa ‘Wizard of Waverly Place’. L-ikel favorit tiegħi hu l-għaġin biz-zalza ħamra bl-ikkapuljat tal-bacon.
Il-passatempi tiegħi huma inpinġi bil-lapes u naqra xi ktieb. L-aktar li nħobb naqra hu bil-lingwa Maltija.
Meta nikber nixtieq insir għalliema tal-Primarja. Dan ix-xogħol jogħġobni għax inħobb ngħallem.
F’din il-kitba għidtilkom ftit fuqi u fuq il-ħajja tiegħi.
Christabelle Muscat